Lokali

Bernard Grech f’laqgħa mal-Ambaxxatriċi Spanjola

Bħala żewġ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, Malta u Spanja ilhom għal snin twal igawdu minn relazzjoni bilaterali mill-aqwa. Dan għaliex it-tnejn għandhom interessi komuni għal qalbhom.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn laqa’ fid-Dar Ċentrali tal-PN lill-Ambaxxatriċi Spanjola għal Malta Consuelo Femenia.

Bernard Grech fakkar kif għal dawn l-aħħar snin, iż-żewġ pajjiżi ħarsu lejn xulxin b’rispett, filwaqt li tkellem fuq l-importanza li jkomplu jsaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom.

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi Spanjola qalet li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Partit fl-Oppożizzjoni għax l-Oppoiżizzjoni hija l-Gvern alternattiv. Huma tkellmu fost l-oħrajn dwar iż-żgħażagħ u l-anzjani …u r-rwol taghhom fis-socjetà. 

Għal din il-laqgha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretaru Internazzjonali tal-Partit Roselyn Borg Knight. Din il-laqgħa kienet parti minn sensiela ta’ laqgħat li qed jagħmel Bernard Grech ma’ numru ta’ Ambaxxaturi sabiex tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq livell internazzjonali.