Kurżitajiet Lokali

George Grech jgħidilna kif hu u sħabu kienu ntrabtu mal-ħadid ta’ Kastilja

PROFILI tal-lejla se jlaqqana’ ma’ tabib li fis-silenzju ħadem ħafna mat-tessut soċjali Malti. It-tabib George Grech se jirrakonta magħna l-esperjenzi tiegħu bħala tabib ma’ dawk vittmi tad-droga u l-ħidma tiegħu fid-Dar tal-Providenza.

George Grech iżda mhux se joqgħod lura xi ġrajjiet li ġraw meta kien għadu żagħżugħ u kif ukoll xi bawxati li ġraw fl-aħħar snin…

Se jgħidilna wkoll dwar għaliex kien ipparteċipa fil-protesta li jintrabtu mal-ħadid ta’ Kastilja u kif ukoll l-eperjenza tiegħu meta ltaqa’ ma’ Duminku Mintoff.

PROFILI llejla fid-8.45pm fuq NET TV.