Coronavirus Għawdex Lokali Saħħa

Ħaddiema Għawdxin għadhom qed jirċievu l-ittri biex jaqsmu Malta għat-tilqima

Minkejja l-assigurazzjoni li ingħatat il-ġimgħa li għaddiet, diversi ħaddiema Għawdxin – sa dalgħodu stess – għadhom qed jirċievu appuntamenti biex jaqsmu lejn Malta ħalli jkunu jistgħu jieħdu t-tilqima għal kontra l-Covid.

Net News jista’ jikkonferma li diversi frontliners u anke persuni vulnerabbli baqgħu jirċievu l-ittri li jirreferuhom għal appuntament f’Malta. Dan meta l-Ġimgħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet b’mod ċar li t-tilqim se jkun qed jingħata f’Għawdex stess.

Kien id-deputat Nazzjonalista Chris Said illi minn tal-ewwel tefa’ dawl fuq din il-kwistjoni.

Ħafna Għawdxin, meqjusa vulnerabbli, għadhom inkwetati għaliex biex jaqsmu lejn Malta għall-vaċċin ikunu qed jesponu lilhom infushom għal aktar riskji. Fl-aħħar Bulettin Mediku tagħha, Charmaine Gauci kkonfermat li din il-proċedura kellha tinbidel.