Lokali

In-negozji qed iżommu kawti ħafna

“In-negozji bhalissa mhumiex qiegħdin jinvestu, iżda l-għan ewlieni tagħhom huwa li jsalvaw minn din il-pandemijja”.

Din hija waħda mill-konkluzjonijiet li ħargu minn rapport illi gie preżentat mill-Kamra Maltija tal-Kummerċ bl-isem “L-Indiċi tal-Fiduċja”.

Dwar dan ir-rapport tkellem il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb f’intervent waqt il-programm NetLive. L-għan ta’ dan ir-rapport huwa li tingħata stampa ċara dwar is-sitwazzjoni tan-negozji Maltin u barranin fid-dawl tal-pandemija tal-COVID.

Il-President ta’ The Malta Chamber kompla jgħid li dan se jagħti ħarsa ċara ta’ x’jista’ jiġri fil-futur biex in-negozji jippjanaw għal wara l-COVID-19.

Mill-analiżi u informazzjoni li waslet għand il-Kamra tal-Kummerċ jidher li n-negozji Maltin huma iktar kawti minn dawk barranin. Il-biża’ tan-nies fin-negozju huwa jekk humiex se jkunu kapaċi jzommu miftuħin sal-aħħar tas-sena. B’erbgħa min ħames jiddikjaraw li ġew affetwati ħafna minħabba l-pandemija.