Lokali Parlament

Inġustizzja mas-sidien tal-isnack bars

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Gvern biex iwaqqaf inġustizzja li qed issir mas-sidien tal-isnack bars minħabba li dawn ma jistgħux ibiegħu alkoħol f’dan il-perjodu tal-pandemija.

Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo tkellem dwar is-sidien tal-isnack bars u qal li dawn is-sidien huma magħluqa minħabba li huma bars. Dawn qed jirċievu ftit għajnuna supplimentari iżda s-sidien tal-isnack bars jistgħu jibqgħu miftuħa. Skont ir-regoli dawn ma jistgħux ibiegħu l-akoħol. Qed tqum il-problema għaliex ħadd mhu qed imur jixtri ilma jew lumitata biss; realment dawn m’għandhomx suq.

Għalhekk qed jibqgħu mgħluqa. Dawn is-sidien qed iċemplu għall-għajnuna għax din hi inġustizzja iżda mhux isibu appoġġ. Jeħtieġ li min għandu bżonn l-għajnuna, jingħata din l-għajnuna wkoll għaliex dawn ukoll huma familji.

Edwin Vassallo qal li hemm differenza bejn dak li jgħid il-Prim Ministru u dak li verament qed iħoss il-poplu għax ċertu għajnuna mhux tasal għand in-nies.