Coronavirus Ekonomija Lokali

Ir-rispons tal-Gvern għall-Covid kien anqas mill-medja taz-Zona Ewro

F’Jannar, l-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju baqa’ fl-istess livell meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. L-indiċi baqa’ ferm taħt il-livell tiegħu fl-istess xahar tal-2020 u jkompli jindika livelli baxxi ta’ attività, li jirriflettu x-xenarju ekonomiku dgħajjef ikkawżat mill-COVID-19.

Dan joħroġ minn rapport ippubblikat illum mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

L-istima tal-Indiċi tar-Rispons tal-Gvern relatat mal-COVID-19 – li huwa indikatur li jiġbor diversi miżuri ta’ trażżin, ekonomiċi u oħrajn relatati mas-saħħa li ġew introdotti b’reazzjoni għall-pandemija – kienet fil-livell ta’ 64.0 fl-aħħar ta’ Jannar.

Din l-istima, skont il-Bank Ċentrali, kienet ogħla mil-livell ta’ 61.3 fl-aħħar ta’ Diċembru, iżda taħt il-livell ta’ 69.7 fiz-zona tal-ewro.