Futbol Sport

Jingħata bidu għall-Elite Player Development Project

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA ngħata bidu għall-Elite Player Development Project, programm mfassal mill-MFA sabiex jgħin lill-players fiżikament u programm ieħor speċifiku għall-gowlkipers.

L-għażla tal-players kienet ibbażata fuq taħlita ta’ players, bil-maġġoranza għandhom anqas minn 24 sena. Fost il-players hemm uħud minn dawk li kienu parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti fil-aħħar edizzjoni tal-UEFA Nation League kif ukoll oħrajn li jagħmlu parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li l-għan ta’ dan il-proġett huwa li players żgħażagħ jitjiebu fiżikament kif ukoll inaqqsu r-riskju li jsofru xi injury.

Il-lista ta’ players msejjħa:

Gowlkipers: Amara Sylla (Birkirkara FC); Miguel Chetcuti (Pietà Hotspurs FC); Duncan Formosa (St Andrews FC); Cain Formosa (San Ġwann FC); Matthew Calleja Cremona (Hibernians FC); Jake Galea (Sliema Wanderers FC); Henry Bonello (Valletta FC).

Players: Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Jake Grech (Hibernians FC); Ayrton Attard (Hibernians FC); Matthew Ellul (Hibernians FC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC); Myles Beerman (Sliema Wanderers FC); Alexander Satariano (Sliema Wanderers FC); Sebastian Grech (Sliema Wanderers FC); Jean Borg (Valletta FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Kyrian Nwoko (Valletta FC); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans FC); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans FC); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Jan Busuttil (Floriana FC); Marcus Grima (Balzan FC); Neil Tabone(Żejtun Corinthians FC); Adam Magri Overend (Santa Lucia FC); Aidan Friggieri (Gudja United); Andrei Spiteri (Mosta FC).