Futbol Sport

Juventus lura fit-tielet post b’rebħa faċli

(Ritratt: EPA)

Juventus komplew inaqqru punti fil-konfront ta’ Milan fejn b’din ir-rebħa ta’ 3-0 fuq Crotone filwaqt li telgħu fit-tielet post b’45 punt kontra l-44 punt ta’ Roma, jinsabu biss erba’ punti taħt Milan. Kontra tim fil-qiegħ tal-klassifika, minkejja dominju assolut matul l-ewwel taqsima, kien biss fit-38 minuta li Juventus fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Alex Sandro, kien CRISTIANO RONALDO li għeleb lil Alex Cordez . Għaddew seba’ minuti u Juventus irduppjaw.

Pass ta’ Aaron Ramsey u l-istess CRISTIANO RONALDO għeleb lil Cordez għat-tieni darba u skorja t-18 il-gowl tiegħu ta’ dan l-istaġun. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-66 minuta WESTON McKENNIE għamel l-iskor 3 – 0 u għalaq il-partita.