Sport Sport Ieħor

Kayden Lagana jiffirma kuntratt ma’ The Brunswick Bowling Corporation fl-Istati Uniti

Il-bowler ta’ 13-il sena Kayden Lagana ffirmaw kuntratt ta’ sponsor ma’ The Brunswick Bowling Corporation fl-Istati Uniti. Lagana huwa l-ewwel bowler Malti li ngħata sponsorship internazzjonali u kien magħżul ukoll biex jifforma parti mit-tim ta’ Internation Brunswick Youth Team.

Kayden Lagana qal li jinsab kuntent ferm b’dan il-kuntratt u qal li din kienet waħda mill-ħolm tiegħu. “Li dħalt fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u li nkun parti mill-Akkademja tal-Bowling ta’ Malta kienu l-aqwa deċżijonijiet f’ħajti” żied jgħid Lagana.

Dan il-kuntratt sar grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Akkademja tal-Bowling f’Malta, l-Balkan Bowling & Billiards Supply tal-Greċja u l-Brunswick Bowling Corporation tal-Istati Uniti.