Lokali

Kummenti pożittivi għall-Pjan tal-Enerġija li ħabbar il-PN

Ikomplu joħorġu reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista wara li l-Ħamis ġew preżentati s-sitt pilastri għas-settur tal-enerġija f’pajjiżna.

Il-proposti tħabbru mill-Kap tal-PN Bernard Grech, u mill-Kelliem tal-Enerġija Ryan Callus fejn saret enfasi kbira fuq il-ħtiġijiet preżenti u futuri ta’ pajjiżna.

Kien Bernard Grech li nieda mhux biss pjan għall-enerġija ta’ pajjiżna, iżda wkoll eżerċizzju ta’ konsultazzjoni biex dawn il-pilastri li tħabbru jkomplu jissaħħu.

Mal-gazzetta il-mument il-Professur Tonio Sant  mill-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta spjega għaliex jemmen li pajjiżna jeħtieġ li jkollu taħlita ta’ sorsi differenti ta’ enerġija. U insista li Malta jeħtieġ li tikkunsidra bis-serjetà l-enerġija li tkun ġejja mir-riħ – waħda mill-hafna proposti li qed jagħmel il-PN, sabiex inħarsu lejn il-possibbiltà tat-turbini tar-riħ offshore.

F’kummenti li għadda ma’ il-mument, anke l-avukat Franco Debono tenna li l-pjan tal-enerġija tal-PN fih numru ta’ ideat li huma validi. Huwa qal li mill-pjan innifsu huwa car li l-idea ta’ floating windfarm saret aktar valida bl-avvanzi tat-teknoloġija.

Ikkummentat ukoll id-Direttur Generali tal-MDA Marthese Portelli illi spjegat għaliex wasalna f’punt fejn issa rridu nħarsu lejn is-sostenibbiltà; kemm dik ambjentali …. kif ukoll dik ekonomika u finanzjarja. Fejn insistiet fuq l-importanza li wieħed jinvesti wkoll f’sistemi sostenibbli oħrajn.