Lokali

MPA tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha mill-Kumitati fil-Korp tal-Pulizija

Il-Malta Police Association (MPA) infurmat lill-kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, li b’mod immedjat se tkun qed tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha mill-Kumitati fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Din is-seċiżjoni tasal hekk kif l-MPA saħqet li “il-kumitati għandhom iservu bħala strument ta’ tiġdid u assistenza lill-amministrazzjoni u mhux biss għall-bżonn.” L-MPA qalet li qed jiġu implimentati suġġerimenti mingħajr ma jkunu infurmati l-membri.

F’email lill-Kummissarju, l-MPA iddikjarat li lesta terġa’ tagħti s-sehem tagħha meta l-kundizzjonijiet tal-membri fil-kumitati ikunu dawk ta’ “Korp modern u mhux ta’ Korp li jippublika l-lista tal-membri tal-kumitat li jkunu ssuġerixxew ideat.”