Futbol Sport

Mqabba jirbħu d-derby u jibdew jittamaw

Chris Cassar

QRENDI ………………….. 0

MQABBA ………………… 2

Qrendi: J. Azzopardi, L. Martinelli, J. Busuttil, G. Muscat, M. Brincat, A. Agius, J. Diumasumbu, E. Vella, D. Azzopardi, M. Gatt, D. Bueno

Mqabba: M. Buhagiar, N. Falzon, G. Mannino, D. Pace, K. Cutajar, R. Spiteri, K. Borg, D. Micallef, B. Sciberras, N. Abouhaisa, G. Micallef

Referee: Glen Tonna

Wara tmien logħbiet mingħajr rebħa, Mqabba rebħu d-derbu kontra Qrendi biex reġgħu fetħu speranzi li jistgħu iżommu posthom f’din id-diviżjoni, u fl-istess ħin xeħtu lil Qrendi f’iktar inkwiet, fejn issa tista’ tgħid li Qrendi huma nvoluti bis-sħiħ huma wkoll f’din il-ġlieda.L-ewwel taqsima kienet verament kwieta fejn kien evidenti li ż-żewġ naħat kienu iktar qed ifittxu li ma jitilfux milli jfittxu r-rebħa. U dan minkejja li ż-żewġ naħat kellhom bżonn it-tliet punti minn dan il-konfront, biex forsi jinqalgħu minn naħa t’isfel tal-klassifika.

L-azzjonijiet kienu ftit f’din it-taqsima bl-uniku xutt lejn il-lasta jasal minn naħa ta’ Mqabba bi freekcik ta’ Ryan Spiteri salvat b’diffikulta mill-goalkeeper Azzopardi u fl-44 minuta Mqabba fetħu l-iskor. Xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Gianfranco Micallef stampa mal-mimduda u mir-rebound kien Kurt Borg li bir-ras sab ix-xibka.Fit-tieni taqsima kif kien mistenni Qrendi ħarġu fuq l-attakk fejn daħal jilgħab kemm Perdomo kif ukoll Nilsson fejn kien propju dan tal-aħħar li resaq qrib meta kien żmarkat minn Bueno u mpenja lil Buhagiar li salva b’siequ.Fit-72 minuta f’azzjoni ta’ kontrattakk Mqabba rduppjaw meta Mannino kompla lejn Ryan Spiteri li skorja mill-viċin. Minuta wara l-istess Spiteri kien imċaħħad minn save tajjeb ta’ Azzopardi. Qrendi baqgħu jattakkaw sal-aħħar u laqtu anki lasta permezz ta’ Nilsson iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tmiem.

VITTORIOSA S………………0

MARSAXLOKK…………….2

Vittoriosa S.: R. Marmara, G. Sultana, J. Farrugia, D. Sowatey, K. Pace, A. Galea, G. Zammit, R. Previ, R. Dalli, A. Oularbi, F. Bigode

Marsaxlokk: F. Tabone, P. Morales, N. Ghio, D. Cartella, JP Mifsud Triganza, L. Zezinho, B. Sciberras, D. Sammut, C. Brincat, P. Xuereb, R. Fenech

Referee: Shaun Calleja

F’partita oħra, Marsaxlokk irritornaw għar-rebħ wara tliet partiti meta għelbu lil Vittoriosa Stars li għalihom kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva. Il-gowls ta’ Marsaxlokk kienu skorjati wieħed f’kull taqsima u wara l-bidu pożittiv li kellhom kien Dennis Cartella li wara tmien minuti fetaħ l-iskor.

Marsaxlokk għalqu l-partita u aċċertaw mit-tliet punti fit-88 minuta b’gowl skorjat minn Rafael De Fex.