Futbol Sport

Rebħa fl-aħħar sekondi għal Crystal Palace

(Ritratt: EPA)

Gowl lejn it-tmiem ta’ rebħa ta’ 2-1 lil Crystal Palace fuq Brighton. Riżultat li ftit li xejn kellu effett fil-klassifika għajr għal Crystal Palace li bil-punti miksuba laħqu lil Leeds United fit-13 il-post bi 32 punt. Brighton baqgħu fis-16 il-post b’26 punt. Bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet sal-mument meta Crystal Palace fetħu l-iskor. Fit-28 minuta azzjoni ta’ Jordan Ayew b’ JEAN PHILIP MATETA jgħeleb lil Roberto Sanchez għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fil-55 minuta Brighton kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ JOEL VELTMAN li għeleb lil Vicente Guaita.F’mument meta deher li r-riżultat ta’ draw kien ser jikkuntenta liż-żewġ timijiet fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud fl-aħħar azzjoni tal-partita, minn azzjoni gta’ Andros Townsend kien CHRISTIAN BENTEKE li għeleb lil Sanchez u tlett punti għal Crystal Palace.