Iċ-champions tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-waterpolo, Valletta huma deċiżi li fl-2021 ikunu wieħed mit-timijiet li jilgħabu fil-Kampjonat Premier, u b’hekk jirritornaw jilgħabu f’dan il-Kampjonat wara nuqqas ta’ żewġ staġuni konsekuttivi. Net Sports jista’ iħabbar li fl-aħħar sigħat, Valletta laħqu ftehim ma’ Neptunes biex jakkwistaw b’self għal din is-sena, liż-żagħżugħ promessa ta’ 20 sena, Nikolai Zammit.
Dan l-akkwist hu meqjus bħala wieħed importanti għall-Beltin, u li mistenni ssaħħaħ id-dipartiment offensiv tal-iskwadra. L-għan ta’ Valletta hu li wara żewġ staġuni konsekuttivi li fihom naqqsu milli jilgħabu fil-Kampjonat Premier, din is-sena jirnexxilhom jagħmluha mal-kbar tal-waterpolo Malti u b’tim dejjem aktar imsaħħaħ.
Net Sports jista’ jiżvela li llejla, kienu konlklużi l-aħħar dettalji ta’ dan it-trasferiment, u b’hekk Zammit se jkun qed jissieħeb b’self mal-klabb li miegħu missieru, Charles Zammit lagħab għal diversi snin u rebaħ tant unuri, inkluż il-Kampjonat, bl-aħħar wieħed mirbuħ ma’ Valletta ikun dak tal-1990.
F’dawn l-aħħar staġuni, Nikolai Zammit kien membru integrali fl-iskwadra ta’ Nqera. L-akkwist ta’ Zammit minn Valletta mhux mistenni jkun l-uniku wieħed li l-klabb taħt it-tmexxija tal-President Victor Spiteri mistennija jagħmlu din is-sena, iżda mistennija jkunu attivi mhux ftit biex ikomplu ssaħħu l-iskwadra tagħhom għal dan l-istaġun bl-għan li jilħqu l-għan aħħari tagħhom li jilgħabu fil-Kampjonat Premier.
//= $special ?>