Internazzjonali

Wara l-aħħar inċident: Appell biex jissospendu l-użu tal-Boeing 777s

Il-kumpanija Boeing qed tħeġġeġ lil-linji tal-ajru biex jissospendu l-użu ta’ tip 777s hekk kif qed ikun indikat li dawn għandhom diffett fil-magna.

Din l-aħbar ħarġet wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien hemm ajruplan li sofra ħsara katastrofika wara li kien hemm ħruq f’mutur tal-ġenb tal-lemin tal-ajruplan.

Fit-titjira kien hemm 231 passiġġier u 10 ħaddiema. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

It-titjira tal-United Airlines kienet sejra lejn Hawaii, iżda kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza wara li anki biċċiet tal-ajruplan niżlu fiz-zona residenzjali ta’ Broomfield. Uħud mill-biċċiet tal-ajruplan spiċċaw f’parapett ta’ residenza u oħra fi grawnd tal-futbol.