Lokali

Wara li ħolqu aspettattiva kbira…ebda soluzzjoni dwar il-kirjiet

Spiċċajna il-ġimgħa bla soluzzjonijiet. U bdejna ġimgħa ġdida bla soluzzjonijiet. Dwar il-kirjiet ta’ qabel l-1995, il-Gvern għadu ma solva assolutament xejn.

Kien biss issa, wara kważi xahrejn minn meta l-Partit Nazzjonalista beda jitkellem dwar il-problema tal-kirjiet, li l-Prim Ministru Robert Abela rrealizza li għandu kriżi f’ħoġru. U allura, prova jkun reattiv fis-soluzzjonijiet tiegħu. Għalkemm wara l-Kabinett, is-soluzzjonijiet baqgħu xorta ma waslux b’mod konkret.

Affaċjat bid-domandi ta’ Net News, il-Ministru Roderick Galdes, li hu responsabbli minn dan is-settur, qalilna biex nibqgħu nistennewħ. Madanakollu, minkejja li stennejna, il-Ministru baqa’ ma tana ebda dettalji ta’ pjan konkret dwar kif il-Gvern se jsolvi din il-problema li tolqot eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin. Dan ifisser li sal-lum, xorta għadna qed nistennew is-soluzzjonijiet konkreti.

Fl-aħħar jiem, Net News ikkonferma illi l-aħħar data taċ-Ċensiment tal-2011, tindika li hemm 14,879 proprjetà taħt kirja ta’ qabel l-1995. Minn dawn il-postijiet, kien hemm 6,941 proprjetà li għandhom minn tal-inqas persuna waħda fl-età ta’ ‘l fuq minn 65 sena. L-informazzjoni li ingabret 10 snin ilu kienet turi illi kien hemm madwar 30,000 proprjetà parzjalment vojta u 41,000 li kienu kompletament vojta.

Il-Hadd, Robert Abela ammetta li dawn il-bidliet fil-ligi tal-kera kien qed jibza’ minnhom u r-riforma kien qed jiprendiha.