Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, stqarr b’mod car illi jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix il-permess għal state aid, l-Air Malta tfalli fi ftit ġimgħat.
Illum, meta affaċjat mill-mistoqsijiet ta’ Net News, il-Ministru spjega kif fi kliem semplici, l-Unjoni Ewropea hija l-uniku soluzzjoni għal-linja nazzjonali.
F’intervista preċidenti, Clyde Caruana ma kienx ta’ spjegazzjoni ta kif il-kumpanija waslet fix-xifer, frott id-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu minn Ministri preċedenti – fosthom Konrad Mizzi u Silvio Schembri – biex l-Air Malta waslet f’dan il-punt kritiku.
It-Tnejn filgħodu, il-Ministru tal-Finanzi qalilna li qed jitħejja pjan biex il-kumpanija jkollha numru ta’ ħaddiema li jkun vijabbli. Iżda fl-ebda ħin ma ta garanzija lill-impjegati preżenti illi se jżommu xogħlhom. Il-Ministru Caruana qalilna ukoll li fadal xahar biex il-Gvern jipprezenta l-pjan tieghu lill-UE.
Fl-aħħar jiem, l-eks chairman tal-Air Malta Lawrence Zammit, f’intervista fuq Net Television, stqarr illi biex il-kumpanija issir vijabbli trid tafda fil-ħaddiema, b’hekk biss jiżdied id-dhul, u l-kumpanija ssir waħda sostenibbli.
//= $special ?>