Futbol Sport

Approvat l-istadium il-ġdid ta’ Everton

Il-Kunsilliera ta’ Liverpool, approvaw unanimament il-pjanijiet għall-istadium il-ġdid ta’ Everton li se jkun jesa’ sa massimu ta’ 52,000 spettatur.

L-istadium il-ġdid, se jinbena f’Bramley-Moore Dock u se jkun jista’ jospità il-logħob fl-2025. Dan l-istadium se jkun minflok Goodison Park u se jkun qed joħloq mal-15,000 mpjieg ġdid. Il-pjanijiet se jkun qed jgħaddu għal quddiem is-Segretarju tal-Istat tal-Komunità tal-Housing u l-Gvern Lokali għall-konsiderazzjoni.