Futbol Sport

Bayern Munich b’saħħithom wisq għal Lazio

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich għandhom sieq waħda fil-fażi li jmiss tal-UEFA Champions League hekk kif kompla d-dominju tagħhom fl-Ewropa b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0 fuq Lazio fi Stadio Olimpico. Minkejja li kellhom diversi elementi regolari neqsin, Bayern xorta kienu superjuri għal Lazio li minn naħa tagħhom pruvaw jilqgħu lill-avversarji u jilgħabu bil-kontrattakk. Il-pjan ta’ Simone Inzaghi li ma jsofrix gowl home, sfaxxa wara disa’ minuti hekk kif ROBERT LEWANDOWSKI approfitta minn żball difensiv ta’ Musacchio u waħda mal-gowlkiper ma falliex.

Lazio pruvaw iwettqu reazzjoni iżda fl-24 minuta wasal it-tieni gowl ta’ Bayern meta minn pass tajjeb ta’ Leon Goretzka, kien iż-żgħażugħ JAMAL MUSIALA li kkonkluda mingħajr ebda diffikultà. Bayern għamluhom 3-0 tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara li l-konklużjoni ta’ Kingsley Coman kienet salvata parzjalment minn Reina, LEROY SANE kien pront u xeħet ġewwa mill-viċin. Bayern Munich ħarġu kif temmew l-ewwel taqsima, u żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-iskor sar 4-0 hekk kif wara azzjoni tajba ta’ Leroy Sane, FRANCESCO ACERBI f’tentattiv li jtajjar il-corss tal-istess Sane xeħet fil-lasta tiegħu stess. Lazio naqsu l-iskor fid-49 minuta meta wara li rċieva mingħand Luis Alberto, JOAQUIN CORREA avvanza u wara li daħal fil-kaxxa kkonkluda fil-baxx għal 4-1