Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Jiżdiedu l-vittmi – 221 każ ġdid

Huma 221 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tnejn u t-Tlieta.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 21,306 n-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 191 persuna biex issa huma 18,500 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu raġel ta’ 84 sena fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Dan ifisser li l-vittmi totali ta’ Covid-19 f’pajjiżna żdiedu għal 306, 39 fatalità fi Frar biss.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,500.

Dan filwaqt li tul il-jum tat-Tnejn ingħataw 1,915 vaċċin – b’total ta’ 21,160 jingħataw t-tieni doża – 629 tul il-jum tat-Tnejn.