Internazzjonali

Facebook jirtira l-projbizzjoni għall-paġni tal-aħbarijiet fl-Awstralja

It-Tmexxija ta’ Facebook ħabbret li se tirristawra s-servizzi tal-aħbarijiet lill-abbonaturi tagħha fl-Awstralja.

Dan wara li Facebook, il-ġimgħa l-oħra, ‘imblokka’ l-aħbarijiet għall-Awstraljani fuq il-platform tiegħu fost tilwima dwar liġi proposta li għandha ġġiegħel lilha u n-network ta’ Google iħallsu lill-istampaturi tal-aħbarijiet għall-kontenut li jkun ippubblikat fuq il-paġni tas-social media.

Il-Ministru tat-Teżor (federali) Awstraljan, Josh Frydenberg, qal li l-Kap ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, qallu li l-projbizzjoi se tintemm fil-jiem li ġejjin — u wara li huma kienu involuti f’taħditiet intensivi.Frydenberg sostna li ‘il quddiem se jsiru l-emendi għal-liġi relatati u li ‘Facebook mill-ġdid qiegħed ‘friends’ mal-Awstralja’.