Sport Sport Ieħor

Id-dinja tal-motorsport f’luttu wara l-mewt ta’ Fausto Gresini

Wara li tard ilbieraħ filgħaxija ħarġet l-aħbar tal-mewt ta’ Fausto Gresini u aktar tard l-aħbar kienet miċħuda, dalgħodu t-tim tiegħu, Gresini Racing f’messaġġ fuq Facebook ħabbar il-mewt tiegħu fl-età ta’ 60 sena.

Gresini ilu xahrejn jiġġieled mal-Covid-19 fi sptar f’Bologna fejn kien ilu rikoverat sa mis-27 ta’ Diċembru li fejn kawża tal-Covid-19 żviluppawlu komplikazzjonijiet oħra.

Gresini li kien sewwieq tal-muturi rebaħ darbtejn il-Kampjonat tal-klassi 125cc fl-1985 u l-1987 qabel ma għamel suċċess bħala team mangaer ta’ Asprilla fejn rebaħ żewġ titli fil-klassi 250cc fl-2001 u fl-2010. Bosta timjiet u persuni oħra qrib l-isport tal-muturi, sellmu l-memroja ta’ Gresini.