Jiem biss qabel jiskadi l-avviż legali li qed iżomm il-barijiet u l-każini magħluqa, il-Gvern għadu ma jafx x’se jagħmel jew ma jridx jikkommetti ruħu, bir-riżultat li s-sidien ta’ dawn l-istabbiliment qed jibqgħu fl-għama dwar jekk hux se jkunu jistgħu jiftħu fl-1 ta’ Marzu.
Il-barijiet u l-każini ilhom magħluqin mill-aħħar t’Ottubru. Għall-ewwel kellhom jagħlqu sa Diċembru madankollu anke dakinhar, il-Gvern ħalla għall-aħħar jiem biex reġa estenda l-avviż legali li żammhom magħluqin sal-lum.
Issa, jiem biss qabel jiskadi t-tieni avviż legali, mistoqsi jekk dawn l-istabbiliment hux se jkunu jistgħu jiftħu mill-1 ta’ Marzu, il-Ministru responsabbli minnhom, Clayton Bartolo, ħalla lis-sidien f’inċertezza dwar il-futur tal-qligħ tal-għajxien tagħhom.
Sidien ta’ barijiet u każini fl-aħħar xhur iffaċċjaw sfidi kbar hekk kif kellhom mhux biss iżommu l-bibien tagħhom magħluqin, imma sofrew ukoll telf finanzjaru fuq prodotti ta’ ikel u xorb li skadew tul dan il-perjodu.
Issa reġgħu sarbu rwieħhom f’inċertezza hekk kif il-Gvern qed idum biex jiddeċiedi dwar il-futur tagħhom.
//= $special ?>