Futbol Sport

Il-partita bejn Ħamrun u Gżira se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali

Fl-aħħar sigħat, l-MFA ħabbret li l-partita ta’ tmiem il-ġimgħa bejn Ħamrun Spartans u Gżira United se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali fis-6.00pm minflok fil-Hibernians Stadium fis-2.00pm.

Il-partita bejn Santa Lucia u Mosta li kienet se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali issa se tintlagħab fil-Hibernians Stadium. Il-partita bejn Ħamrun Spartans u Gżira United se tkun il-partita prinċipali fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Ħamrun jinsabu fl-ewwel post b’50 punt filwaqt li Gżira jinsabu fit-tielet post b’47 punt.