Lokali

Il-proposta tal-PN deskritta bħala waħda ta’ tama għall-Għawdxin

Reazzjoni ferm pożittiva mill-haddiema Għawdxin rigward il-proposta tal-Partit Nazzjonalista illi jinghataw jumejn fil-ġimgħa ‘teleworking’ għall-ħaddiema impjegati f’Malta – b’rizultat li l-Ghawdxin ikunu qed iqattghu aktar granet f’Ghawdex stess.

Sean Zammit, President tal-Assoċjazzjoni li tirraprezenta l-Ħaddiema Għawdxin f’Malta sostna li l-proposta li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech nhar il-Ħadd fir-Rabat Għawdex ….hija ta’ bżonn kbir.

Il-Ħadd, Bernard Grech saħaq li fost l-ewwel inizjattivi ta’ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, se jaċċerta li kull fejn hu possibli ħaddiema Għawdxin f’Malta jridu jingħataw tal-inqas jumejn fil-ġimgħa fuq bażi ta’ telework biex ikollha aktar flessibbilta’.

Sean Zammit sostna li tali proposta mhux biss tgħin lil ħaddiema Għawdxin imma ankè tnaqqas l-emmissjonijiet hekk kif preżentament madwar 3,500 ħaddiem Għawdxi jaħdem f’Malta u jaqsam il-fliegu – u insista li l-Assoċjazzjoni mhux qed titlob kompassjoni imma opportunità għall-ħaddiem Għawdxi. Huwa insista li din il-proposta għandha tkun parti minn ħolqa ta miżuri oħra biex jingħata futur aħjar lil dawn l-impjegati.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li Gvern immexxi minnu jiżgura li dawn l-incentivi ghall-Ghawdxin jinghataw.

Bernard Grech insista li dan m’ghandux isehh biss fis-settur pubbliku iżda ankè fis-settur privat fejn saħaq li ser ikunu qed jingħataw inċentivi b’saħħithom sabiex kulħadd jimxi ma dawn l-obbligi. Dan sabiex verament in-nies ikunu fiċ-ċentru tal-politika.