Futbol Sport

It-tim Malti jtemm l-impenji tiegħu fil-VisitMalta Women’s Trophy b’telfa

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Malta……………………………0

Żvezja……………………………3

Malta: J. Xuereb, A. Said, S. Farrugia, R. Cuschieri, A. Sultana, M. Farrugia, S. Zammit, C. Zammit, B. Borg, E. Xuereb (V. Mifsud 65′), N. Sciberras

Żvezja: J. Falk, E. Kullberg, K. Asllani (O. Schough 46′), S. Blackstenius (L. Hurtig 63′), N. Bjorn, J. Rybrink, J. Roddar (A. Nilden 63′), H. Bennison (F. Angeldal 76′), J. Rytting Kaneryd, R. Blomqvist (M. Larsson 46′), F. Curmark (C. Seger 63′)

Fl-aħħar partita mill-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women’s Trophy, it-tim nazzjonali Malti kien megħlbu 3-0 mill-Iżvezja. Fl-ewwel partita Malta tilfet 4-0 kontra l-Iżlovakkja filwaqt li l-Iżvezja għelbu lil Awstrija 6-1. L-ewwel azzjoni ta’ periklu mill-Iżvezja waslet mal-10 minuta hekk kif Janice Xuereb salvat mill-viċin il-konklużjoni ta’ Kosovare Asllani. L-Iżvezja fetħu l-iskor fid-19 il minuta meta x-xutt ta’ Julia Roddar kien devjat għal wara Xuereb minn ASLLANI. L-ewwel xutt tat-tim Malti wasal fil-21 meta Shona Zammit pruvat taħsad lill-gowlkiper Żvediża li salvat b’mod faċli. Fid-29 minuta x-xutt mid-distanza ta’ Brenda Borg għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Falk, bil-bqija tal-ewwel taqsima tibqa ddominata mill-Iżvezja bil-Maltin jagħlqu l-ispazji tajjeb.

Minkejja li l-Iżvezja baqgħu jiddominaw tul it-tieni taqsima, t-tieni gowl wasal fis-60 minuta permezz ta’ corner dirett ta’ OLIVIA SCHOUGH li ħoloq paniku quddiem il-gowlkiper Maltija. Fil-75 minuta, l-Iżvezja kienu sfortunati li ma skorjawx t-tielet gowl hekk kif minn pass fit-tul id-daqqa ta’ ras ta’ Lina Hurtig ħabtet mal-mimduda. Fil-81 minuta l-Iżvezja ngħataw penalty meta id-difensur Maltija Charlene Zammit waqqat lill Mimmi Larsson fil-kaxxa biex minn ħdax -il metru NATHALIE BJORN ma żbaljatx. Żewġ minuti wara minn corner minn fuq il-lemin, id-daqqa’ ta’ ras ta’ Lina Hurtig ħabtet mal-lasta bl-Iżvezja jibqgħu jiddominaw sat-tmiem.