Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa jkun impenjat f’partita diffiċli

(Ritratt: Joe Borg)

Aktar tard waranofsinhar, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa, jkun impenjat kontra l-qawwa Żvediża fit-tieni partita mill-VisitMalta Women’s Trophy. L-Iżvezja jinsabu fil-ħames post tar-rankings tal-FIFA u din mistennija tkun partita diffiċli għat-tim Malti.

Il-kowċ tat-tim Malti Mark Gatt, qal li hekk kif it-tim Malti għandu għadd ta’ players regolari neqsin, dan it-tournament serva biex tingħata opportunità lill-players oħra u dawn il-partiti servew bħala tħejjija għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Fl-ewwel partita, Malta tilfet 4-0 kontra l-Islovakkja filwaqt li l-Iżvezja għelbu lil Awstrija 6-1.

VISITMALTA WOMEN’S TROPHY

Illum: Hibernians Stadium: Malta v Żvezja 2.30pm, Awstrija v Slovakkja 6.30pm