Lokali Parlament

Jeħtieġ jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-Korp tal-Pulizija

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-Korp tal-Pulizija

Fil-parlament Karl Gouder qal li jeħtieġ li l-pajjiż jerġa’ jirrestawra l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u appella biex il-pagi tal-pulizija jkunu kkunsidrati. Hu sostna li diversi entitajiet tal-Gvern juru nuqqas ta’ rispett lejn il-kunsilli lokali, li issa nġiebu kważi tallaba. Il-Korp tal-Pulizija hu wieħed mill-ftit entitajiet li fil-fatt jirrispettaw lill-kunsilli lokali.

Karl Gouder qal li hu ħażin li l-kunsilli lokali jkunu injorati u sostna li l-pulizija tal-komunità qed jagħmlu differenza pożittiva. Hu appella biex l-għases tal-pulizija ma jingħalqux fejn hemm il-pulizija tal-komunità. Jeħtieġ ukoll li l-għases ikunu modernizzati.

Hu qal li fil-LESA hemm problemi kbar u spjega li trid tispiċċa l-mentalità li s-saħħa tal-kunsilli lokali titnaqqas