Futbol Sport

Leeds jirritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi

(Ritratt: EPA)

Tlett gowls fit-tieni 45 minuta kienu biżżejjed għal Leeds biex jgħelbu lil Southampton u telgħu fl-10 post fil-klassifika b’35 punt u fl-istess waqt qabżu lil Arsenal.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 0–0 b’bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet, dominju assolut minn Leeds fit-tieni taqsima tant li wara biss żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Leeds United marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Tyler Roberts kien PATRICK BAMFORD li għeleb lil Alex McCarthy biex skorja t-18 il-gowl tiegħu għal Leeds dan l-istaġun. B’Southampton jonqsu milli jwettqu reazzjoni fit-78 minuta minn pass ta’ Helder Costa , STUART DALLAS għeleb mill-ġdid lil McCarthy. Fl-84 minuta kien RAPHINHA li kompla jkabbar l-iskor għal 3–0 u għalaq il-partita.