Lokali

“Mhux sew naraw dawn ix-xeni”

Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News esprimew tħassib u rabja għall-kjuwijiet twal ta’ nies li qed ikun hemm fl-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw it-tilqima.

Pazjenti li kkuntatjaw lil Net News iddeskrivewlna l-kjuwijiet ta’ nies vulnerabbli li dehru jistennew biex jingħataw it-tilqilma kontra l-COVID-19 – sitwazzjoni li qed tpoġġihom f’aktar riskju minħabba s-saħħa tagħhom.

Dawn in-nies li qed jispiċċaw jinġabru fil-kuriduri, qalulna l-istess sorsi, qed jesponu lilhom infushom għal aktar riskji.

Raġel li tkellem magħna qalilna li hemm każi fejn persuni mhux iżommu mal-appuntament, b’detriment għal dawk li imxew mal-ħin mgħoti. Oħrajn qalulna li t-taħwid qed jibda għaliex il-proċess miexi bil-mod ħafna.