Lokali Parlament

Mumenti drammatiċi ta’ emozzjoni fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia; pass żgħir lejn il-ġustizzja

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonbalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament li dan hu jum ta’ emozzjoni kbira għal ħafna nies minħabba l-aħbarijiet u l-iżviluppi drammatiċi li qed isiru dwar it-traġedja u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Hu semma’ l-emozzjonijiet tal-ulied u l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien mal-ġenituri tagħha. Dan hu l-ewwel pass żgħir biex issir ġustizzja ma dawk ma’ kull min hu involut; il-Ministru tal-Intern qed ifarfar mir-responsabbiltà politika għal dak li seħħ.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fit-22 ta’ Frar ta’ ħames nin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat storja fejn żvelat l-iskandlu tal-Panama. Hi kixfet kif Konard Mizzi u Keith Schembri waqqfu kumpaniji fil-Panama li kienu l-kumpaniji li kellhom jirċievu l-flus mingħand 17 Black; il-persuna akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu s-sid tal-kumpanija 17 Black li kellha tħallas l-eluf lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Kieku d-deputati tal-Gvern assiguraw li l-pulizija tagħmel xogħlha, Daphne Careuana Gaizia għadha ħajja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-azzjonijiet tal-Gvern kienu irresponsabbli u wasslu għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galziia iżda Joseph Muscat qabeż għall-kriminali Keith Schembri u Konrad Mizzi flok keċċiehom. Daphne Caruana Galizia nqatlet għax il-messaġġ tal-Gvern kien li jiddemonizzaha u saħħaħ lil Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Il-Gvern għandu responsabbiltà enormi u għad m’għandux il-kuraġġ li jammetti li għamel żball apposta billi għatta għajnejh u widnejh biex Keith Schembri u Konrad Mizzi baqgħu għaddejjin b’konsegwenza li nqatlet Daphne Caruana Galizia. Din kobba mħabbla fejn hemm interkonnessjonijiet u kuntatti li qed jitfgħu piż kbir fuq il-politiċi tal-Gvern li ħadu d-deċiżjonijiet ħżiena.

Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni ta’ sfiduċja f’Konrad Mizzi, li kjien qed jigdeb il-ħin kollu iżda l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat kien jordna biex il-Ministri jitkellmu favur Konrad Mizzi u jiddemonizzaw lil Daphne Caruana Galizia.

Il-Gvern kien jintindima lill-Oppożizzjoni iżda kien hemm nies bħal Daphne Caruana Galizia li ħallset b’ħajjitha għax kixfet lil Konard Mizzi u lil Keith Schembri għax kixfet l-iskandlu tal-Electrogas. Dan hu skandlu tal-waħx mill-ħallelin li ħejjew kollox bizzilla.

L-uniku mod kif titwaqqaf Daphne kienet billi tinqatel fil-kultura tal-impunità li hawn fil-pajjiż.

Dan kollu se ta’ jiġi evitat kienu l-Gvern kellu l-kuraġġ li jieqaf quddiem il-ħażin li sar u għadu qed isir. Konrad Mizzi mhux dehen li jkun deputat, sostna Beppe Fenech Adami, li appella lid-deputati Laburisti biex jitkellmu u jkollhom il-kuraġġ isemmgħu leħinhom.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu Malti qed jistenna azzjoni mill-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid. Hu tratta l-korruzzjoni fil-power station tal-Electrogas u sostna li l-Awditur Ġenerali ikkonkluda li ma sarux il-verifiċi dwar il-korruzzjoni, etika u kwistjonijiet ta’ governanza qabel ingħata l-kuntratt tal-power station lill-Electrogas.

Il-Kummissarju tal-Pulizija jrid jibgħat messaġġ fis-soċjetà għaliex f’dan il-każ il-Kummissajru hu obbligat li jinvestiga kriminalment. Jirriżulta li l-persuna li ngħażel biex imexxi dan il-proġett kien ħabib ta’ Konrad Mizzi li kien jiltaqa’ miegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

X’sar minnhom il-proċeduri kriminali li kellhom jittieħdu fil-konfront tal-Pilatus Bank? Dwar dan hemm responsabbiltà politika, sostna Beppe Fenech Adami. Każ ieħor hu l-dak tal-windfarms fil-Montenegro fejn l-Enemalta xtrat proġett b’serq ta’ €7 miljuni; flus li marru fil-but ta’ min hu involut f’17 Black.

Beppe Fenech Adami qal li l-Gvern ma jridx jiżvela r-rapport dwar ix-xiri tal-windfarms fil-Montenegro għax dan hu reat; il-Kummissarju hu obbligat li jgħid fhix waslet l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.

Hu semma wkoll il-mod kif l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien jikkomunika mal-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia iżda l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid jibqa’ ma jieħux passi. Il-Kummissarju għandu jispjega x’investigazzjonijiet qed jagħmel wara l-għeluq tal-inkjesta dwar il-bejgħ tal-passaporti fejn Keith Schembri ħa l-mijiet tal-eluf flimkien ma’ Brian Tonna.

Hu spjega kif ir-rekluti l-ġodda fil-Korp tal-Pulizija naqas bin-nofs sa mill-2016 propju għaliex il-Gvern kisser il-Korp tal-Pulizija b’mod intenzjonat u strutturat. 20% ta’ dawk li telqu mill-korp fl-2020 telqu għad iddejqu u ma ssaportewx li jibqgħu għal 25 sena fil-korp u b’hekk tilfu l-penzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jagħlaq l-għases tal-pulizija u sostna li l-pagi tal-pulizija m’humiex attraenti fejn pulizija jieħu biss €15,000 fis-sena.