Aktar kmieni waranofsinhar, NET News kien infurmat li kien hemm preżenza kbira ta’ Pulizija, flimkien ma’ suldati mit-Taqsima tal-Isplussivi fi ħdan il-Forzi Armati, li ssejjħet fl-inħawi tal-Baħrija.
Jidher li f’din l-operazzjoni, il-Pulizija, liebsa ilbies protettiv, il-balaklava u armata bl-armi tan-nar, żammet lil żewġt irġiel waqt li kienet għaddejja bit-tfittxijiet fiż-żona.
Dan l-iżvilupp seħħ wara li aktar kmieni llum il-Pulizija arrestat lit-tliet persuni li ssupplixxew il-bomba li qatlet lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-aħwa Adrian u Robert Agius kif ukoll Jamie Vella ġew arrestati waqt operazzjoni tal-Pulizija f’Ħaż-Żebbuġ u l-Baħrija.
