Il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera Darren Carabott ressaq proposta biex triq ġdida li għadha kif infetħet f’Santa Venera tissemma’ għal Miriam Pace – il-mara li inqatlet taħt it-tifrik ta’ darha stess.
Din it-triq tinsab madwar 200 metru ‘l bogħod minn fejn iġġarfet id-dar ta’ Miriam Pace.
Minħabba li din it-triq għadha bla isem, il-Kunsillier tal-PN Darren Carabott talab permess mingħand il-familja Pace biex iressaq din il-proposta, bil-familja tappoġja din l-inizjattiva.
“Qatt ma tista’ ssir ġustizzja mal-familja Pace għal dak li tilfu, u għalhekk inħoss li rridu nżommu l-memorja ta’ Miriam ħajja u nfakkru għalxiex mietet. Dan fl-istess waqt li tibqa’ b’saħħitha l-għajta tagħna għar-riforma biex kulħadd iħossu komdu u sigur ġewwa daru jew darha”, kiteb il-Kunsillier tal-PN fuq Facebook.
Darren Carabott iiċċara li din għadha biss proposta, u issa jonqos li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera jirrakkomanda din il-proposta lill-Kumitat għall-Ismijiet tat-Toroq.
//= $special ?>