Lokali

Raġel iweġġa’ wara li waqa’ bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.30p.m. fi Triq il-Wied fl-Iklin. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Piaggio u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptat Mater Dei fejn iktar tard hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga l-inċident.