Wieħed mill-aqwa atleti ta’ kull żmien tal-golf Tiger Woods iddaħħal l-isptar u qed jiġi operat wara inċident ikrah li kellu bil-karozza tiegħu f’Los Angeles.
Jidher li Woods li għandu 45 sena, inqaleb bil-karozza tiegħu fejn kellu jinħaraġ bl-għajnuna tal-paramediċi u membri tal-protezzjoni ċivili fejn iddaħħal l-isptar sabiex jiġi kkurat għal ġrieħi li ġarrab f’saqajh it-tnejn.
Matul il-karriera tiegħu fost l-oħrajn Wood rebaħ 15 -il tournament maġġuri tal-golf
//= $special ?>