Lokali

Tikber it-tensjoni fil-grupp Parlamentari Laburista

Minkejja li uħud mid-Deputati tal-Gvern pruvaw johorgu ghonqhom ghall-kollega tagħhom Rosianne Cutajar, qed ikun dejjem aktar evidenti li dawn tpoġġew f’pożizzjoni antikpatka fejn qed jispiċċaw ikollhom jiddefenduha…bħal ma ħafna minnhom iddefendew għal xhur sħaħ lil Konrad Mizzi.

Madankollu, jidher li għal xi raġuni Robert Abela qed juża riga differenti ma’ Cutajar milli uża ma’ Mizzi.

Jiem wara li ħarġu l-aħħar dettalji dwar rabtiet li kellha Rosianne Cutajar ma’ dak li qed jitqies wieħed mill-komplici fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Abela għadu ma ħa l-ebda tip t’azzjoni.

Mhux l-aktar tweġiba informattiva dik tal-Whip tal-Gvern Glenn Beddingield.

Intant għall-mistoqsija hux komdu b’Cutajar maġenbu fil-Parlament, id-Deputat Jean Claude Micallef qal li s-Segretarju Parlamentari ma tkunx bilqegħda qrib ħafna tiegħu.

U fi zviluppi ohra…. f’email ghad-domandi li baghat dan l-istazzjon…il-Kummissarju ghall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qalilna li mhijiex il-politika tal-Kummissarju li jagħti rendikont tal-progress f’investigazzjoni li għadha għaddejja, u lanqas ma jista’ jipprevedi t-tul li jkun meħtieġ għall-konklużjoni ta’ tali investigazzjoni.