Lokali

Żewġ riżenji mill-qalba ta’ Kastilja

Ġlied kbir f'Kastilja - is-sitwazzjoni teskala fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari

Tensjoni fil-kuriduri ta’ Kastilja b’sorsi fl-Uffiċju tal-Prim Ministru jiddeskrivu s-sitwazzjoni bħala waħda li t-tensjoni tant tħossha li f’Kastilja saret tant diffiċli biex taħdem. Is-sorsi tagħna spjegaw kif dak li hu għaddej f’Kastilja qed iwassal għal ġlied u għajjat b’diżgwidi li issa anke wasslu bie irriżenjaw żewġ uffiċjali minn ħdan l-uffiċju tal-Prim Ministru. 

Dawk li rreżenjaw huma Sandro Craus, li kien jieħu ħsieb il-Customer Care fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u anke Nigel Vella li kien Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern.

Dawn iż-żewġ uffiċjali kienu wkoll hemmhekk fi żmien il-Prim Ministru Joseph Muscat.In-Nazzjon jinsab infurmat ukoll li uffiċjali oħra tal-Gvern qed jiġu mwarrba mill-Prim Ministru Robert Abela.

Min-naħa tiegħu Nigel Vella issa se jkun qed jingħaqad ma Kurt Farrugia fil-Malta Enterprise, filwaqt li l-intenzjonijiet ta’ Sandro Craus għadhom mhux ċari. Dan kollu qed ikompli joħroġ fid-deher ix-xquq li bihom hu mifni dan il-Gvern.

Fl-aħħar xhur rajna deċiżjonijiet li nbidlu fi ftit tal-ħin anke fi żmien il-pandemija. Issa, fl-aħħar ġranet il-qasma fil-Gvern kompliet tikber hekk kif robert abela qed jibqa’ jkaxkar saqajh u ma jieħux deċiżjoni fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar.

Fil-ġranet li ġejjin se nkomplu niżvelaw aktar dettalji relatati mal-inkwiet li bih hu mifni il-Gvern ta’ Abela.