Coronavirus Saħħa

226 każ ġdid ta’ Covid-19, imutu żewġ persuni oħra

Fl-aħħar sigħat pajjiżna reġa’ kellu żewġ fatalitajiet oħra kaġun tal-Covid, bil-vittmi f’Malta issa telgħu għal 308. L-aħħar vittmi huma raġel ta’ 84 sena u mara ta’ 97 sena li mietu fl-isptar Mater Dei.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa nstabu 226 każ ġdid, bil-każijiet attivi jitilgħu għal 2,504. Aħbar tajba hi li fiequ 220 persuna biex fiequ 18,720 persuna.

It-total ta’ każijiet minn Marzu ‘l hawn issa tela’ għal 21,532 każ.

Dan filwaqt sal-jum tat-Tlieta nagħtaw 68,779 tilqima – b’total ta’ 21,767 persuna illi nagħtaw t-tieni doża.