Lokali

Interrogati tnejn mit-tliet persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidji; wieħed pożittiv għall-Covid

Il-Pulizija mmexxija mis-Supretendent Keith Arnaud tinsab għaddejja bl-interogazzjonijiet ta’ tnejn mit-tliet persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidiji ewlenin, tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u tal-Avukat Carmel Chircop.

Madankollu nħolqot problema peress li wieħed mill-irġiel instab pożittiv għall-COVID-19. Kull darba li l-Pulizija tarresta persuna, hija l-prassi li qabel ma ssir l-interogazzjoni ssirilha test, u dan il-każ ħoloq kumplikazzjoni mhux mistennija peress li wieħed minnhom ma jistax jiġi investigat.

Il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mal-Iskwadra tal-Omiċidji, assistiti mil-Ispecial Intervention Unit, arrestaw tliet persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidji ewlenin il-bieraħ fis-1.00pm u għalhekk għandhom sa għada l-Ħamis sas-1.00pm biex iressqu.

Kelliema għall-Pulizija spjegaw li tliet persuni jistgħui jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop, filwaqt li tnejn minn dawn it-tlieta qed jgħinu wkoll fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-arresti li seħħew t-Tlieta waranofsinhar f’żewġ operazzjonijiet konġunti; fil-Baħrija, fejn ġew arrestati żewġt irġiel kif ukoll persuna oħra arrestat fis-Swieqi.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li t-tlett irġiel huma l-aħwa Robert u
Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar u Jamie Vella. Il-Pulizija kienet mistennija tressaq il-persuni fis-sigħat li ġejjin, imma l-problema tal-pandemija telfet xi ftit mill-pjanijiet tal-Pulizija.

Jista’ jkun li jitressqu tnejn mit-tliet persuni u l-persuna l-oħra titressaq wara, sakemm tirriżulta li hija negattiva għall-COVID-19.

Il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mal-Iskwadra tal-Omiċidji, assistiti mil-Ispecial Intervention Unit, arrestaw tliet persuni – b’rabta ma’ żewġ omiċidji ewlenin.

Kelliema għall-Pulizija spjegaw li tlett persuni qed jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop, filwaqt li tnejn minn dawn it-tlieta qed jgħinu wkoll fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-arresti seħħew għall-ħabta tas-siegħa tat-Tlieta waranofsinhar f’żewġ operazzjonijiet konġunti; fil-Baħrija, fejn ġew arrestati żewġt irġiel kif ukoll persuna oħra arrestat fis-Swieqi.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li t-tlett irġiel huma l-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar u Jamie Vella.