Lokali Qorti

Konfermata l-istorja ta’ Net News: 4 persuni se jitressqu l-Qorti llejla

Għall-ħabta t-tmienja il-Pulizija Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa indirizza konferenza stampa sabiex jingħata aġġornament b’rabta mal-arrest ta’ tliet persuni b’rabta ma’ żewġ omiċidji.

Hu ikkonferma li ilbieraħ il-pulizija arrestat 2 persuni fil-Baħrija u persuna fis-Swieqi għall-ħabta as-13.00. Jidher li ġiet arrestata wkoll persuna oħra li tinsab il-ħabs sabiex l-ammont ta’ persuni arrestati huwa ta’ 4.

Ilbieraħ il-pulizija wkoll ikkonfiskat 2 karozzi kif ukoll saru diversi tfittxijiet f’2 residenzi.

Jidher li nstab wkoll ammont ta’ kokaina, eroina kif ukoll mowbajls, laptops, flus kontanti kif ukoll cash-counting machine.

Matul il-Jum tal-Erbgħa saret tfittxija fil-baħar għall-arma li ntużat għall-qtil ta’ Chircop, iżda din kienet fin-negattiv.

L-erba’ akkużati ser jitressqu quddiem il-maġistrat Victor Axiak.