Lokali Qtil Politiku

FIS-SIGĦAT LI ĠEJJIN: Mistennija żviluppi importanti wara dak li żvela “Il-Koħħu”

Informazzjoni li kiseb Net News tikkonferma li tul il-jum, numru ta’ persuni kienu interrogati fit-tul mill-Pulizija b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kif ukoll il-każ ta’ Carmel Chircop illi kien inqatel fl-2015.

Fis-sigħat li ġejjin, dawn l-istess persuni se jkunu mixlija bl-involviment fil-qtil tal-avukat Chircop f’Birkirkara. Għalkemm wieħed minnhom żgur mhux se jitressaq għalissa ghaliex jinsab pozittiv bil-Covid.

Il-persuni li inzammu fir-raids li saru fil-Baħrija u fis-Swieqi huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, kif ukoll Jamie Vella

It-tliet irġiel kienu mizmuma wara li ssemmew mal-pulizija minn Vince Muscat il-Koħħu – li fl-aħħar sigħat ammetta li kien parti mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017, kif ukoll ammetta li kien hu li spara lill-avukat Chircop.

Il-Pulizija għandhom 48 siegħa mill-arresti biex iressqu lill-irġiel b’akkużi quddiem il-Qorti. Jekk dawn it-48 siegħa jiskadu u ma jitressqux, huma jistghu jinħelsu fuq police bail.