Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi fir-round tal-aħħar 16 tal-ITF Monastir Tournament

It-tennista Matlija ta’ 18-il sena Francesca Curmi rnexxielha tavvanza għar-round tal-aħħar 16 tal-ITF Monastir Tournament li qed isir fit-Tuneżija wara li għelbet lit-tennista li tinsab fis-sitt post tal-junior ranking Krisitina Dmitruk 6-2 7-6.

Biex wasslet s’hawn, Curmi kellha tilgħab 2 partiti ta’ kwalifikazzjoni filwaqt li Dmitruk kwalifikat b’mod awtomatiku minħabba r-ranking tagħha. Fir-round li jmiss il-Maltija se tilgħab kontra Andjela Jocovic jew Oana Gavrila.

Francesca Curmi qed tieħu sehem ukoll fit-tournament tad-doubles tal-istess kompetizzjoni flimkien ma’ Mihaela Dakovic u fir-round tal-aħħar 16 ser jilgħabu kontra Alena Bairasheuskaya u Alisa Yakimakho.

Curmi s’issa kellha karriera mill-aqwa fit-tennis minkejja l-età tagħha fejn kienet l-ewwel tennista li rnexxielha tikkwalifika għar-round prinċipali tar-Roland Garros Juniors u ħadet sehem ukoll f’Wimbledon Juniors u US Open Main Draw.