Sidien ta’ diversi djar u artijiet fin-Nadur intesew għal kollox minn Robert Abela u l-Gvern tiegħu. U dan minkejja li sena ilu kienu mwegħda minn Abela stess li kellu jsibilhom soluzzjoni għat-tħassib tagħhom.
L-artijiet ta’ dawn il-familji Ghawdxin spiċċaw irreġistrati minn Fondazzjoni privata…. u għalhekk, dawn jinsabu nkwetati peress li djarhom jinsabu mibnijin fuqhom, fi proċess li mill-ewwel qajjem dubji jekk sarx sew.
Fuq din il-kwistjoni Net Live tkellem mas-Sindku tan-Nadur Edward Said.
“Għaddiet sena u ma sar xejn… il-familji sena wara għadhom f’baħar ta’ inkwiet u qed ibatu l-konsegwenzi… apparti l-ispejjeż.“
Bħala kunsill lokali huma qed jitolbu li ssir investigazzjoni serja dwar il-proċess li bih saret din ir-reġistrazzjoni.
“Aħna nemmnu li jista’ jkun hemm xi nuqqasijiet u dawn iridu joħorġu, barra minhekk nemmnu li issa huwa ż-żmien li ssir revoka jew inkellem kanċellazzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ dawn l-artijiet.“
Dwar din is-sitwazzjoni tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività fir-Rabat Għawdex il-Hadd li ghadda… wara li hu żar lil ħafna minn dawn ir-residenti, u sema’ t-tħassib tagħhom
Bernard Grech qal li, minkejja l-wegħda li Robert Abela għamlilhom sena ilu, ma sar xejn ….u l-inkwiet ta’ dawn il-familji żdied u mhux naqas.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega wkoll li jekk Abela jibqa’ ma jsibx soluzzjoni, se jkun il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jinvestiga bis-serjetà.
Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jirtira r-reġistrazzjoni u jekk hemm bżonn, jippreżenta emendi fil-Liġi.
//= $special ?>