Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem jagħti rebħa minima lil Real Madrid f’Bergamo

(Ritratt: EPA)

Fil-Gewiss Stadium, Real Madrid kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Atlaanta, b’Atalanta jkollhom jilgħabu għal aktar minn 80 minuta bi player anqas. Għal din il-partita, Real Madrid kellhom bosta players neqsin minħabba injury.

Atalanta sfa jilgħabu bi player anqas fis-17 –il minuta hekk kif Ferland Mendy kien ġej waħdu mal-gowlkiper, Remo Freuler f’tentattiv li jwaqqaf lil Mendy imbuttah bir-referee jqis li kienet opportunità ta’ gowl ċara u jkeċċi lil Freuler. Real Madrid ħadu kontroll assolut tal-partita u ddominaw il-pusses tal-ballun b’Atalanta jagħrfu jagħlqu l-ispazzji b’mod tajjeb, iżda kien fis-86 minuta li b’azzjoni personali, FERLAND MENDY ikkonkluda minn barra l-kaxxa u għeleb lil Gollini għal 1-0.