Futbol Sport

Hibernians mal-aħħar 16 tal-FA Trophy

(Ritratt: Stephen Gatt)

Hibernians…………………………….3

Żejtun C……………………………………0

Hibernians: M. Calleja Cremona, L. Almeida, R. Dos Anjos, A. Attard (B. Kristensen 60’), J. Grech (M. Ellul 90′), A. Fonseca (D. Vella 68′), Z. Grech, G. Izquier, A. Agius, I. Iriberri, G. Da Silva (J. Degabriele 68′)

Żejtun C: I. Kone, D. Albanese, L. Moreira, A. Carabott (W. Catanio 71′), J. Suda, H. Marcelino, E. Herrera (A. Cassar 80′), S. Barboza, E. Herrera, N. Tabone, G. Azzopardi, A. De Barros (G. Bugeja 71′)

Referee: M. Spiteri

Assistenti referees: A. Camilleri, J. Spiteri

F’partita li ntlagħbet fis-Centenary Stadium, Hibernians għelbu lil Żejtun Corinthians 3-0. Din il-partita kienet mir-round tal-aħħar 32 ta’ FA Trophy wara li kienet tħassret mid-data skedata minħabba li t-tim ta’ Żejtun kien fi kwaratnina. Hibernians ħarġu jfittxu l-gowl kmieni u stegħu għamlu dan wara żewġ minuti iżda l-konklużjoni ta’ Jake Grech kienet salvata minn Ibrahim Kone. Żejtun irrispondew u mal-kwarta logħob wara pass tajjeb ta’ Henrique Marcelino, x-xutt ta’ Sergio Barboza kien salvata minn Matthew Calleja Cremona.

Minkejja li Hibernians iddominaw il-pusses tal-ballun, il-gowl wasal fit-42 minuta meta pass tajjeb ta’ Imanol Iriberri, kien JAKE GRECH li b’konklużjoni b’saħħitha għeleb lil Kone. Hibernians fetħu tajjeb fit-tieni taqsima u minn pass fit-tul ta’ Dos Anjos, Fonseca daħal fil-kaxxa u ra l-konklużjoni tiegħu salvata minn Kone. Fit-52 minuta, Żejtun resqu qrib li jġibu l-iskor indaqs meta minn konklużjoni minn barra l-kaxxa, Calleja Cremona kellu jdawwar f’corner. Hibernians skorjaw it-tieni gowl fl-64 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Gilmar Ribeiro, JAKE GRECH minn pożizzjoni angolata xeħet fir-rokna tax-xibka għal 2-0. Fid-90 minuta Hibernians għamluhom 3-0 fejn wara numru ta’ passaġġi tajbin, kien JURGEN DEGABRIELE li kkonkluda.