Lokali Qorti

Id-difiża tgħid li ma hemmx każ fuq wieħed mill-avukati u lanqas provi fuq l-ieħor

Meta kompla jinstema’ l-każ kontra l-avukati Charles Merceica u Gianluca Caruana Curran fuq allegat attentat ta’ tixħim ta’ ġurnalista tat-Times, d-difiża qalet li fil-konfront ta’ Mercieca, lanqas biss hemm biżżejjed provi biex huwa jitpoġġa taħt att ta’ akkuża filwaqt li ma jeżistu l-ebda provi fuq Caruana Curran li huwa xaħħam jew ipprova jxaħħam lil Ivan Martin.

L-Avukat Stephen Tonna Lowell li flimkien mal-Avukat Gianella Caruana qegħdin jidhru għall-avukati ta’ Yorgen Fenech, in-negozjant mixli bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, qal li l-Prosekuzzjoni ma rnexxieliex iġib prova waħda, lanqas dik tal-probabbilità li Mercieca wettaq xi reat.

Id-difiża qalet li fuq il-prima facie ta’ Caruana Curran (jekk hemmx biżżejjed provi biex jitpoġġa taħt att ta’ akkuża) se jħallu f’idejn il-Qorti. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Anthony Scerri flimkien mas-Supretendent James Grech qalet li hawn għandha żewġ avukati professjonali mis-settur privat u Ivan Martin impjegat Times of Malta.

Xerri qal li l-akkuża tal-Pulzija hija attentat ta’ korrizzjoni u li kien hemm il-possibilità li l-partijiet jirribattu bejniethom, ippruvaw jgħaddi xi flus, not ta’ 500 ewro lil Ivan Martin. Tenna li l-Pulizija ma qagħditx biss fuq gazzetti jew dak li qal Martin biss.

Kompla li l-elementi li jsawwru dan ir-reat mis-settur privat – u li dan issa ġie konformi ma’ uffiċjali li jaħdmu fis-settur pubbliku, skont l-artiklu tal-liġi. Tenna li l-prima facie huwa livell ta’ probabbilità, u minn dak li ħareġ dan il-livell intlaħaq.

Fit-tweiġba tiegħu l-Avukat Tonna Lowell qal li lanqas fil-konfront Caruana Curran ma sar reat filwaqt li fil-konfront ta’ Mercieca, bħala difiża m’għandhomx il-kuxjenza li ma jikkontestawx il-validità tal-prima facie u għax fuq l-Avukat Merceica jeżisti biss il-baħħ.

Tenna li l-Ispettur Xerri spjega kif bagħtu għan-nies u li Merceica tahom verżjoni. Qal li wara li bagħtu għall-ġurnalist u wara għall-akkużati ma reġgħux bagtħu għal Martin.

Filwaqt li l-Avukat Tonna Lowell ikkwota żewġ sentenza qal li minkejja li huwa minnu li wieħed irid joqgħod fuq il-livell tal-probabbli, mill-evidenza xejn ma hemm assolutament.

Tenna li kull xhud ma qal xejn u ma jirriżulta li ma kien hemm l-ebda promessa li kienu se jingħataw xi flus. Martin qatt ma qal fix-xhieda tiegħu ta’ 12-il paġna li Mericeca għamillu offerta ta’ flus.

L-Ispettur Xerri qal fuq Merceica li kien kontradittorju meta dan mhux minnu. Mercieca dejjem sostna li ma kienx jaf li se ssir l-offerta, ma hemm imkien li jgħid li jaf, u sar biss jaf wara li kellem lil Caruana u Curran. Ma sarx jaf dak il-ħin, fil-mument li saret l-allegata offerta.

Il-Pulizija kienet investigat offertà ta’ flus tal-avukati ta’ Yorgen Fenech lill-ġurnalist Ivan Martin tat-Times. Qed ikun allegat li l-avukat Gianluca Caruana Curran offra ammont ta’ flus – f’numru ta’ karti tal-€500 – lil Ivan Martin f’laqgħa li kellhom fl-aħħar xhur.

Martin irrifjuta l-flus, u qal li Caruana Curran qallu li offra l-flus għax ma kienx jaf kif għandu jimxi ma’ ġurnalist. L-avukati ta’ Yorgen Fenech qegħdin jgħidu li spiċċaw imqarrqa, billi l-ġurnalist wera li kien lest li jgħinhom jiġġieldu kontra rapurtaġġ negattiv.

Martin minn naħa tiegħu qed jgħid li l-Avukati akkużati ippruvaw jikkonvinċuh biex jikteb b’mod diżreġġattiv fil-konfront ta’ Melvin Theuma, li ngħata l-proklama fil-każ dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u jaġevolaw lil Yorgen Fenech. Id-deżiżjoni fuq il-prima facie se tingħata mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Marzu.