Ambjent Enerġija Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jiddiskuti l-proposti tal-enerġija mal-MDA

Il-Partit Nazzjonalista beda proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet dwar il-proposti tal-enerġija li ppreżenta ftit tal-jiem ilu.  

Fil-bini tal-Parlament, il-Kap tal-Partit Nazzjnalista Bernard Grech flimkien mal-Kelliem tal-Eneġija Ryan Callus u mal-Kelliem għall-Ippjanar u l-Industrija tal-Kostruzzjoni Hermann Schiavone, ippreżentaw dawn il-proposti lil-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA.

Bernard Grech qal li l-għan tal-Oppożizzjoni huwa li titkellem ma’ nies intiżi fis-settur, biex b’hekk jekk ikun hemm il-ħtieġa, dawn il-proposti jkunu jistgħu jiġu mtejba. Turija ċara ta’ kemm il-PN lesti li jaħdem u jisma’ u jagħti l-opportunità lil min irid jaħdem.

Id-delegazzjoni tal-MDA li kienet immexxija mill-President Sandro Chetcuti saħqet li huwa importanti li s-settur tal-enerġija jkun parti integrali mill-ħidma tagħhom.

Dan għaliex it-tir tal-MDA huwa li tkompli tgħin lil pajjiżna jimxi ‘l quddiem, biex isir pajjiż iktar rinovabbli. Huma tkellmu dwar l-importantza li jkun hemm enerġija nadifa u jsir sforz minn kulħadd f’dan ir-rigward. Min-naħa tagħha l-MDA diġà bdiet tħejji pjan ta’ kif għandu jsir il-bini fil-futur filwaqt li jkun hemm iktar edukazzjoni fuq dan is-settur.

Il-Pjan tal-Enerġija kif propost mill-Partit Nazzjonalsita jitkellem dwar policy ibbażata fuq l-orħos sors tal-enerġija….sorsi effiċjenti ta’ enerġija…strateġija long-term li tħares anke lejn hydrogen pipeline….li naqilbu għal aktar sistemi tat-trasport elettriku….il-bżonn tat-tieni interconnector…u l-inċentivar ta’ enerġija rinnovabbli, bil-ħolqien ta’ aktar green jobs.