Ambjent Lokali

Il-Partit Nazzjonalista f’laqgħa ma’ BirdLife Malta

“Entużjasti li niltaqgħu ma’ kulħadd, inkluż ma’ BirdLife Malta u għaqdiet oħra ambjentali; li nisimgħu kemm jista’ jkun l-isfidi li pajjiżna qed jaffaċċja f’dan il-qasam, u naħdmu flimkien biex insolvuhom”

Hekk qal il-Kap tal-PN Bernard Grech waqt laqgħa li kellu ma’ BirdLife Malta fejn fost l-oħrajn il-Kap tal-PN faħħar il-kontribut li din l-għaqda ambjentali tati favur Malta, biex wara kollox, kemm jista’ jkun, tgħallem u teduka lill-poplu Malti u Għawdxi.

Flimkien ma’ BirdLife Malta l-Kap tal-PN qasam diversi ħsibijiet relatati mal-passa tal-għasafar, il-pajsaġġ Malti u l-ambjent in ġenerali.

Bernard Grech tenna li huwa kommess li jħares l-ambjent u kif ġiet mfassla politika tal-enerġija nadifa u sostenibbli il-PN se jkun qed jaħdem anki fuq aktar proposti b’rabta mat-tema ambjentali.

Bernard Grech qal li hu qed iħares ‘il quddiem li jiltaqa’ wkoll ma’ għaqdiet oħra ambjentali biex dawn il-proposoti jkunu mfassla wara li jkunu saru għadd ta’ taħdidiet.

Tul il-laqgħa l-Kap tal-PN kien preżentat ukoll b’numru ta’ kotba u pubblikazzjonijiet minn BirdLife Malta; kotba li wara kollox ġew ippubblikati biex jgħinu fit-tgħallim. Preżenti għal din il-laqgħa flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm il-Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem tal-PN għall-Ambjent u t-Tibdil fl-Klima Robert Cutajar, kif ukoll il-Kelliem tal-PN għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-delizzji Edwin Vassallo.