Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) permezz ta’ stqarrija wrew ix-xewqa tagħhom li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jaħdmu id f’id biex ikun hemm żieda fil-produzzjoni u tqassim tal-vaċċin.
Infatti l-PPE fil-proposta tiegħu tenna li l-kumpaniji Ewropew u dawk Amerikani żgur jafu juttilizaw ir-risorzi tagħhom biex jitqassam aktar tilqim u jitħaffef il-proċess ta’ vaċinazzjoni.
Il-Grupp PPE qal li jemmen bis-sħiħ li l-Ewropa ma tistax tkompli ssolvi problema waħda wara l-oħra kull darba u li issa bħala Unjoni jridu jibdew jantiċipaw l-iżvilupp tal-virus. Huma qalu li bi proposta bħal din ikun żgurat biex l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha jwettqu sforz kollettiv u importanti biex tintemm il-pandemija.
//= $special ?>