Lokali

Ippubblikata l-Proklama li ngħatat lill-Koħħu

Ġew ippubblikati l-kundizzjonijiet tal-Proklama ta’ Vince Muscat mgħaruf bħala l-Koħħu.

Skont id-dukument iffirmat mill-President ta’ Malta George Vella, wara talba li saret mill-Avukat Marc Sant li qed jidher għall-koħħu, il-Maħfra Presidenzjali tapplika biss għall-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop li kien inqatel f’Birkirkara lura fl-2015.

Din hija soġġetta għall-numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li Vince Muscat jgħid biss il-verità meta mistoqsi mill-pulizija kif ukoll meta jixhed fil-qorti.

It-tielet kundizzjoni tgħid li l-maħfra tapplika biss għal reati u pieni ta’ natura kriminali u tista’ titneħħa jekk il-koħħu jonqos milli jgħid il-verità.

Il-maħfra li ngħata Vince Muscat hija wkoll soġġetta għall-konfiska favur il-Gvern li l-koħħu irċieva għad-delitt kif ukoll li hu jħallas numru ta’ spejjeż.